Talb għal waqt il-meditazzjoni tar-Rużarju - Misteri tat-Tbatija

L-Ewwel Misteru: Meta Sidna Gesu’ Kristu talab fil-gnien tal-Gezzemani

O Marija, nissel f’qalbi soghba kbira ghal dnubieti, li minhabba fihom Gesu’ ghereq l-gharaq tad-demm u ta hajtu ghall-mewt fuq is-salib.

Nitolbu ghal dawk li waslu fl-ahhar ta’ hajjithom, ghall-erwieh mgarrbin minn qtiegh il-qalb, gahl dawk li jmutu mingajr ghajnuna u farag tar-Religjon.

It-Tieni Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu kien marbut mal-kolonna u fflagellawh

O Marija, aghmel li t-tifkira tal-passjoni ta’ Ibnek titfi fija n-nar tal-passjonijiet u tad-drawwiet hziena.

Nitolbu ghal dawk li jsofru xi tbatija tal-gisem u ghal kull min huwa rsir tad-dnub.

It-Tielet Misteru: Meta Sidna Gesu’ Kristu kien inkurunat bix-xewk

O Marija, Omm is-Sultan wahdieni tas-sema u tal-art, aghmel li Hu biss isaltan fuqi, fuq il-famija tieghi, fuq id-dinja kollha.

Nitolbu ghal min jigi umiljat halli jimtela bil-qawwa; ghal dawk li jippersegwitaw il-Knisja halli jikkonvertu; ghal min hu ttentat bis-suppervja jew migbud lejn il-frughat tad-dinja.

Ir-Raba’ Misteru: Meta Gesu’ kien mghobbi bis-salib minghand Pilatu sal-kalvarju

O Marija, ghallimni u ghinni ngorr bis-sabar u bl-imhabba s-salib tieghi ghall-imhabba tal-Iben t’Alla.

Nitolbu ghall-morda u mmorru nzuruhom sikwit; nitolbu ghal dawk li qed ighixu hajja iebsa b’xoghol tqil, halli l-bnedmin jitghallmu jsofru ta’ nsara.

Il-Hames Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu miet fuq is-salib

O Marija, Omm Alla u Ommna, itlob ghalina midinbin, isa u fis-siegha ta’ mewtna.

Nitolbu ghall-konverzjoni tal-midinbin, ghal dawk li ma jemmnux f’Alla, ghall-mejtin u ghal nieshom imnikkta.

Mill-istess awtur: Misteri tal-Ferħ, Misteri tad-Dawl u Misteri tal-Glorja

Category:
Maltais